Ċinema
Segwi kif Netflix qed jegħleb lill-kumpaniji kbar oħra tal-films

L-internet m’għadux fenomenu, iżda ħaġa ta’ kuljum. Fid-dinja taċ-ċinema, il-liżar tipiku għamel il-wisgħa għall-battalja tal-kumpaniji li jipprovdu l-films fuq l-internet. Il-kritiku tal-films Mario Azzopardi jgħid li regola biex film jitressaq għall-Oscar, hija li jrid jintwera f’sala taċ-ċinema f’Los Angeles għall-seba t’ijiem.

Netflix daret ma’ din ir-regola, xtrat ċinema f’Los Angeles, u kull film li potenzjalment jista’ jitressaq għall-Oscar toħorġu hemm qabel turih fuq l-internet. Quddiem dan kollu, il-kumpaniji kbar issa qed jagħmlu l-istess u bdew joħorġu films fuq l-internet.

“Eventwalment il-kumpaniji l-kbar indunaw li jekk ma tistax tegħleb xi ħaġa, trid tissieħeb magħha. Fil-fatt id-Disney diġà għandhom l-istreaming service tagħhom fl-Amerika u sa’ Marzu li ġej ikun available ukoll fl-Ewropa permezz tad-Disneyplus. Il-Warner Brothers għandhom l-HBO Max. Jiġifieri ‘l hemmhekk mexjin.”

Il-kumpanija Netflix din is-sena għandha l-ikbar numru ta’ nominazzjonijiet – 24 b’kollox fosthom tnejn fil-kategorija tal-aqwa films – The Irishman u Marriage Story. L-iktar film li għandu nominazzjonijiet huwa Joker tal-Warner Brothers, fejn Joaquin Phoenix qaxxar il-parti ewlenija tal-Joker. Sa’ sentejn ilu, il-karattri tal-comics ma kienux meqjusa li jista’ jkollhom saħħa biżżejed biex jiġu nominati għall-Oscar.

L-interessanti hu li reġa’ għandek it-tieni sena infila b’film li hu dwar karattru li ġej mill-comics u li qed jingħata din l-importanza kollha. Is-sena l-oħra kellek il-Plack Panther u din is-sena kien imiss lil Joker.

U s-sena li għaddiet kienu żewġ films ta’ Disney li kellhom l-akbar udjenzi f’Malta anke jekk ma marrux tajjeb f’pajjiżi oħra.

“L-iktar popolari kienu Lion King. Hija klassifikata dominata bħad-dinja kollha minn films’ ta’ Disney. Imma li hu interessanti huwa li hawn Malta marru tajjeb żewġ films li Disney stess jgħidu li kienu diżastru fil-bqija tad-dinja, Dumbo u Maleficent: Mistress of Evil.”

L-appuntament li jmiss mal-Oscars issa huwa għad-9 ta’ Frar meta l-Academy of Motion Pictures, Arts & Science tippremja l-aħjar films tal-2019 f’serata fit-teatru Dolby f’Hollywood.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Aktar ma jmur, aktar il-finali ta’ ‘X Factor Malta’ qed toqrob. It-tielet Live Show jinsab magħna, hekk kif illejla ‘X Factor Malta’ jissokta b’appuntament ieħor ferm mistenni mill-pubbliku Malti u…

Sport

L-MFA qed tinvestiga kif f’partita tal-F.A Trophy, it-tim tax-Xewkija Tigers, li suppost kien qed jilgħab b’għaxar plejers għaliex kellu wieħed imkeċċi, spiċċa l-partita bi ħdax-il plejer. Pietà marru fil-vantaġġ wara…

Qorti

Zeiad Mohamed Abuzoda ġie akkużat li s-Sibt ikkaġuna ħsara u hedded numru ta’ persuni f’San Pawl il-Baħar. Il-Libjan ta’ 40 sena u li joqgħod San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti quddiem…

Saħħa

Ċittadini Maltin li jagħtu l-kunsens biex it-tagħrif mediku tagħhom ikun aċċessibbli minn sptarijiet f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jkunu mgħejuna b’aktar effiċjenza f’każ t’emerġenza waqt li jkunu msefrin. Malta hija fost…

Aktar