COVID-19
Segwu biss il-pariri tal-esperti mediċi – l-Assoċjazzjoni Medika Maltija

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ikun iddixiplinat u jsegwi l-pariri tal-esperti mediċi biss. Fi stqarrrija l-MAM esprimiet tħassib dwar il-proposti tal-Prim Ministru li qalet huma mingħajr bażi xjentifika u jmorru kontra l-pariri tal-esperti tas-Saħħa Pubblika.

Il-MAM qalet li l-ġimgħa li għaddiet kien hemm tliet fatalitajiet u li s-sitwazzjoni mhix ward u żahar. Qalet li t-trasmissjoni fil-komunità għadha hemm u x’aktarx din se tmur għall-agħar, ladarba jinfetaħ l-istaġun turistiku. Qalet li n-numru fil-każijiet ġodda kienu baxxi għax il-pubbliku kien responsabbli u li l-ġirja biex jiġu llaxkat l-miżuri se tkun ta’ riskju għas-saħħa pubblika.

Il-MAM ikkritikat it-tneħħija tal-multi għal min jinqabad jikser il-kwarantina jew min ma jżommx id-distanza soċjali. Qalet li l-MAM temmen fir-rule of law u li l-ebda politiku m’għandu jimmina xogħol il-pulizija, l-prosekuturi tal-istat jew tal-ġudikatura fuq l-ebda reat. Qalet ukoll li m’għandux ikun hemm premijiet għal dawk li poġġew ħajjet in-nies f’periklu.

Il-MAM saħqet li t-tneħħija ta’ infurzar tar-regoli tagħmel il-mijiet ta’ eluf ta’ testijiet li saru ineffettivi u l-isforzi tal-contact tracing u iżolament tal-każijiet aktar diffiċli. Qalet li dan iwassal biex jinxtered il-virus.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Baqgħu 7 l-każi attivi ta’ coronavirus f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa minn 742 swab test, ma nstab l-ebda każ ġdid. Fl-aħħar 24 siegħa, ma ġie dikjarat lanqas ħadd aktar…

Lokali

Il-Kummissarju għall-Anzjani Dr Mary Vella ppreżentat ir-rapport ta’ ħidma tal-Kummissjoni lis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità Silvio Parnis. F’dan ir-rapport annwali l-Kummissjoni indikat li tul is-sena 2019 saret ħidma…

Immigrazzjoni

Kmieni dalgħodu 25 immigrant iddaħlu Malta wara li ġew salvati mill-Forzi Armati waqt li kienu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta. tvm.com.mt jinsab infurmat li fost l-immigranti hemm 16-il…

Ekonomija u Finanzi

Malta baqgħet fil-klassifika tal-pajjiżi A+ fir-rapport li għadha kemm ippubblikat Fitch Ratings. Din l-aġenżija internazzjonali ikkonfermat li l-prospetti għar-rating ta’ pajjiżna baqgħu stabbli minkejja l-impatt negattiv tal-pandemija li madwar id-dinja…

Aktar