Knisja Maltija
Sejba wara li nqala’ l-artal tal-Knisja ta’ Kristu Re biex issir it-tribuna

Fl-aħħar ġranet fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re Raħal Ġdid ċċaqlaq l-artal biex isir il-proġett tat-tribuna u taħt l-artal instabet lista tal-benefatturi li tmur lura 65 sena. Intant, il-pjan hu li sa sena oħra jitlesta dan il-proġett tat-tribuna fuq l-artal li se jinbena fuq id-disinn oriġinali ta’ 65 sena ilu.

Ħamsa u sittin sena ilu, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid inbena l-artal u dakinhar kien hemm il-pjan li ssir it-tribuna fuq l-artal. Il-Kappillan Dun Marc Andre’ Camilleri spjega li minhabba l-ispejjeż kien inbena l-artal biss u t-tribuna ma saritx. Qal li dal li ma sarx fl-1954 qed isir issa fuq l-istess disinn oriġinali tat-tribuna. Dun Camilleri qal li x-xogħol beda fl-aħħar ġranet meta tħaffru l-pedamenti għat-tribuna, u taħt l-artal instabu l-ismijiet tal-benefatturi għall-bini tal-artal.

Dun Marc Andre’ Camilleri qal “hekk kif bdejna dan ix-xogħol u ċaqlaqna l-artal innifsu, sibna taħtu tubu li fih kien hemm il-lista tal-benefatturi li kienu taw lira jew iktar dak iż-żmien b’risk l-artal li kien sar. Kif sibna dik il-lista rnexxielna niftħuha u kien hemm diversi li ġew biex jaraw għax sabu wkoll membri tal-familji tagħhom, ġenituri, zijiet u anke familjari oħra allura ġew biex jaraw il-familjari tagħhom x’għamlu dakinhar.”

F’din il-lista nstabu l-ismijiet ta’ madwar 700 persuna li 65 sena ilu taw donazzjoni ibiex isir l-artal li kien sewa madwar elf lira sterlina. Dun Marc Andre’ Camilleri qal li s-sejba ta’ din il-lista waslet għal idea simili għall-bini tat-tribuna fuq l-artal.

“Wara ġietna l-idea li biex inkomplu din it-tradizzjoni sabiħa nagħmlu lista ġdida aħna bil-benefatturi li qed jagħtu s-sehem tagħhom illum, u dejjem f’ambjent ta’ fidi. Jiġifieri aħna sibna l-istess talba li kien għamel il-Kappillan ta’ dak iż-żmien, Monsinjur Xuereb, li talab li dik il-lista bl-ismijiet u l-familjari tagħhom qegħdin jitolbu li isimhom ikun qrib l-artal biex kull quddiesa li titqaddes fuq dak l-artal iservi ta’ xita ta’ grazzji għalihom u għall-familjari tagħhom. Aħna nitolbu lil-Mulej biex l-istess jagħmel illum u dawk kollha li qed jagħtu sehemhom ikollhom il-grazzja u l-għajnuna tiegħu” kompla jgħid Dun Marc Andre.

Din l-idea ta’ lista oħra tidher li ntgħoġbot mal-parruċċani tal-Knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, tant li fi ftit ġranet diġà telgħu għal 350 il-benefatturi għat-tribuna. Il-Kappillan spjega li fi ftit jiem oħra jitqiegħed l-irħam u l-għan hu li sal-bidu tar-randan l-artal ikun f’postu. Għall-ħabta tal-Għid mistennija jitwaqqfu l-kolonni tat-tribuna biex sa sena oħra titlesta t-tribuna kollha.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar