Edukazzjoni
Sejħa biex jiġu reġistrati skejjel u klabbs għall-iskola tas-sajf

Infetħu l-applikazzjonijiet għal dawk li għandhom skola jew klabb u jixtiequ joffru programm edukattiv għal tfal ta’ bejn it-3 u 16-il sena matul is-sajf.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħeġġeġ lil dawk interessati biex japplikaw online bil-għan li jirreġistraw l-iskola/klabb tas-sajf tagħhom bħala stabbiliment edukattiv mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni. Ir-reġistrazzjoni tkun valida għall-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2020.

Aktar dettalji rigward Il-Formola ta’ Notifikazzjoni (Formola A) u l-Formola ta’ Reġistrazzjoni (Formola B) flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa skont kif indikat f’kull formola, jinstabu fuq dan is-sit.

Il-Formola ta’ Notifikazzjoni (Formola A) flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa kif indikat fil-formola stess, għandom jintbagħtu online sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 1 ta’ Mejju 2020.

Il-Ministeru qal li formoli ta’ notifikazzjoni li jintbagħtu wara d-data ta’ skadenza ma jiġux kkunsidrati.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

Kwarantina obbligatorja b’effett immedjat fiċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far fejn jgħixu madwar elf resident. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħadd filgħaxija. Il-Ministru Fearne qal li…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar