Sejħa għall-offerti biex tkun riġenerata dar Mattia Preti fil-Belt

Il-Gvern ħareġ sejħa għall-offerti għal għoti ta’ ċens temporanju biex tkun riġenerata Dar Mattia Preti fil-Belt Valletta li tinsab fi stat ta’ abbandun totali.

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon qal li din il-proprjetà għandha valur ekonomiku u kulturali kbir.

unnamedIs-Segretarju Parlamentari Jose Herrera qal li l-proprjetà hija waħda miż-żewġ residenzi li kellu Mattia Preti meta kien jgħix f’Malta fl-1659. Mattia Preti flimkien ma’ Caravaggio huma tnejn mill-aktar artisti famuż fejn jidħol il-wirt kulturali Malti.

Dr Falzon sostna li ma’ din il-proprjetà, is-sit għandu potenzjal ekonomiku kbir għax jista’ jkun il-mutur ewlieni li jagħti l-istimolu lil dawn l-inħawi.

Is-Segretarju Parlamentari Falzon spjega li l-proprjetà qed toħroġ b’sejħa għall-offerti għal għoti ta’ ċens temporanju lil dak il-persuna li jkollu l-aħjar proposta ta’ użu għal din il-proprjetà, kif ukoll li joffri somma raġonevoli għall-ħlas ta’ ċens fis-sena liema somma trid tkun meqjusa mid-Dipartiment bħala l-prezz ġust għal valur tal-proprjetà skont il-prezz tas-suq għall-użu li jkun propost.

Dr Falzon qal li l-istat li tinsab fiha din il-proprjetà  la jagħmel ġid lill-wirt storiku ta’ Malta wisq anqas  il-potenzjal turistiku li dawn l-inħawi jistgħu jattiraw.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Saħħa

Waqt attività tal-għoti tad-demm organizzata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, 30 ħaddiem tal-awtorità nkiteb biex l-organi tiegħu jingħataw b’donazzjoni wara mewtu. Waqt l-istess attivtà, 19-il persuna oħra taw id-demm. L-ERA stiednet…

Forzi Armati

Post pożittiva fuq il-paġna ta’ Alison Bezzina, li tiġġieled għad-drittijiet tal-annimali, turi kif żewġt iklieb reġgħu ngħaqdu ma’ sidhom wara li nġabru minn membri tal-Forzi Armati. Bezzina qassmet din l-aħbar…

Qorti

Filmat imxandar minn TVM kien strumentali biex tliet ‘bouncers’ instabu ħatja li weġġgħu gravi lil żewġt irġiel f’Paceville. Fil-ftuħ tas-sentenza l-Maġistrat Joseph Mifsud iddikjara li l-każ kien wasal quddiem il-Qorti wara…

Aktar