Pulizija
Sejħa oħra għar-rekluti biex il-Korp ikompli jissaħħaħ

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li hija miftuħa f’dawn il-jiem. Waqt żjara fl-akkademja l-Ministru għall-intern Byron Camilleri qal li hemm sejħa oħra għar-rekluti biex il-korp ikompli jissaħħaħ.

Kelsey Bugeja ta’ 18-il sena u Andre’ Mifsud ta’ 22 sena huma tnejn minn sitta u erbgħin rekluta tal-pulizija li għaddejjin b’taħriġ fl-akkademja tal-korpi ddixxiplinati. Ħdax mir-rekluti huma nisa.

Kelsey Bugeja u Andre’ Mifsud stqarrew ma’ TVM li qed jgħixu din l-esperjenza u qed iħarsu ‘l quddiem biex itemmu r-reklutaġġ b’suċċess u jibdew iwettqu ħidma siewja f’diversi taqsimiet tal-korp.

“Dejjem xtaqt ngħin lin-nies, nixtieq inkun f’disrett biex nitgħallem u mbagħad nixtieq mmur fil-vjolenza domestika.”

“Għandi missieri pulizija, dejjem rajtu jmur ix-xogħol b’integrita u rrid inkompli fil-passi tiegħu biex ngħin Malta timxi ‘l quddiem.”

Waqt żjara fl-akkademja l-Ministru għall-intern u sigurta’ nazzjonali Byron Camilleri appella lir-rekluti l-ġodda biex jidħlu għal dan ix-xogħol b’entużjażmu u bir-rieda li jġibu bidla pożittiva. Huwa spjega li bħalissa qed issir ħidma biex jiddaħħlu aktar riformi fil-kor u li r-rekluti l-ġodda huma strumentali biex dan l-iskop jintlaħaq.

Il-Ministru Camilleri qal li t-taħriġ intensiv tar-rekluti l-ġodda qed isir fuq numru ta’ ġimgħat u jinvolvi taħriġ prattiku u dak teoretiku. Qal li dan se jwassal lir-rekluti sabiex ikunu preparati għal kull ma jiltaqgħu miegħu fil-ħidma ta’ kuljum. Huwa ħeġġeġ lill-pulizija biex ikunu ambizzjużi u biex jidħlu għal dan ix-xogħol bl-ikbar impenn u lealtà.

Spjega li issa wieħed jista’ japplika biex jidħol kuntistabbli anke jekk ikollu sa 39 sena. Il-Ministru Camilleri qal li huwa fiduċjuż li aktar nies validi se jkunu jistgħu jersqu lejn il-korp u jindirizzaw l-ħtiġijiet ġodda li jirrikjedi l-korp fil-qadi ta’ dmirijietu.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar