Lokali
Sejħa ta’ interess mill-Kunsilli Lokali biex belt jew raħal f’Malta jikseb it-titlu tal-lokalità kulturali tas-sena

Sentejn oħra, belt jew raħal f’Malta ser ikollha t-titlu tal-lokalità kulturali tas-sena.

Għal dan il-għan, il-gvern ħareġ sejħa ta’ interess miftuħa għall-kunsilli lokali.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, Arti u Gvern Lokali, Josè Herrera, qal li l-gvern se jalloka mitejn elf ewro għal dik il-belt jew raħal li tingħażel biex jiġi implimentat programm kulutrali mifrux fuq sena. Żied li din hi waħda mill-proposti fil-manifest elettorali tal-gvern.

Qal li din l-inizjattiva hi parti mill-impenn tal-gvern biex wara l-pandemija terġa’ titqajjem l-attività kulturali u biex fil-pajjiż ikun hawn komunitajiet aktar magħquda li jaħdmu flimkien biex jittella’ programm kulturali li jgawdi minnu kulħadd.