Lokali
Sejjer il-mixja ta’ Puttinu fil-Ġimgħa l-Kbira?

Fis-sigħat bikrin ta’ nhar il-Ġimgħa l-Kbira diversi jerħulha għall-mixja ta’ Puttinu.

Is-16-il edizzjoni se tibda fin-12.30am mill-pjazza tal-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa u tispiċċa fuq il-Fosos tal-Furjana.

Il-mixja mhux se tispiċċa l-Isla minħabba x-xogħlijiet li qed isiru fil-Marsa, li jistgħu jkunu ta’ periklu għal min ikun qed jimxi fid-dlam. B’kollox ir-rotta se tkun twila 22 kilometru, u għandha tieħu madwar erba’ sigħat.

Għada fl-10pm se jkun hemm it-trasport mill-Fosos u kull parteċipant huwa mitlub donazzjoni ta’ €10 b’risq Puttinu Cares. Wara l-mixja se jkun hemm it-trasport ukoll minn fuq il-Fosos.

Is-sena l-oħra nġabru €91,000 bis-saħħa ta’ din il-mixja, li fiha pparteċipaw madwar 10,000 persuna.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ xufiera ta’ coaches dalgħodu rrikorrew għall-kura f’ċentru tas-saħħa wara ħabta fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00am bejn coach tal-Aviaserv u coach tal-AirMalta, li ma kinux qed iġorru…

Xogħol

Il-Ministru Edward Zammit Lewis, filwaqt li nieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena, qal li l-ekonomija tistrieħ fuq il-ħaddiem, u li dan il-premju jirrikonoxxi l-bżulija. Iċ-Chairperson tal-kumitat organizzattiv, Angela Agius, spjegat li…

Kultura

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar il-kunċert innovattiv bis-sehem tal-mużiċisti tal-banda, Ħuġġieġa tal-Banda 12th May b’għajnuna ta’ fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti. Il-banda 12th May ta’ Ħaż Żebbuġ bħalissa qed tipprepara għall-proġett Ħuġġieġa,…

Sigurtà

Il-kumpanija ARMS iċċarat li l-ħaddiema tagħha li jintbgħatu jaqraw il-meters tad-dawl u l-ilma jridu jkunu lebsin l-uniformi kif tidher fir-ritratt. TVM infurmat li fl-aħħar ġimgħat xi residenti esprimew tħassib dwar…

Aktar