Barranin
Sema’ xi vuċijiet qabel qatel 4 pulizija fi Franza

Kien argument u xi diżgwud fuq ix-xogħol bejn Mickael Harpon u l-Kap tiegħu li wassal għat-traġedja li seħħet jumejn ilu f’Pariġi, fejn tilfu ħajjithom 4 uffiċjali tal-pulizija.

Mickael Harpon, speċjalista tal-informatika ta’ 45 sena, inqatel fuq il-post wara l-isfreġu li wettaq fil-kwartieri tal-pulizija fejn qatel lill-kollegi tiegħu stess.

Jidher li Harpon ikkonverta għall-Iżlam madwar 18-il xahar ilu u kien waqaf ikellem lill-kollegi nisa. Minkejja dan, uffiċjal tal-gvern qalet li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li Harpon kien ġie radikalizzat qabel l-attakk.

Mill-investigazzjonijiet tal-pulizija, kollox jipponta lejn attakk terroristiku.

Meta ġiet interrogata mart l-aggressur, qalet li lejlet l-isfreġju, ir-raġel tagħha qalilha li kien qed jisma’ xi vuċijiet.

Ara wkoll:

Fi Franza: 4 uffiċjali tal-pulizija maqtula f’attakk

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fit-Tramuntana tal-Indja spiċċa bla kliem meta mar jidfen lil bintu u sab tarbija midfuna ħajja. Ir-raġel kien qed iħaffer il-qabar ta’ bintu li twieldet mejta meta sema’ għajta ta’…

Barranin

Ir-Russja qalet li mhix se tippermetti kunflitti bejn il-forzi Torok u Sirjani. Dan hekk kif issuktat l-offensiva mill-armata Torka fit-tramuntana tas-Sirja. Osservaturi qalu li l-irtirar tat-truppi tal-istati Uniti mir-reġjun, li…

Barranin

5 nisa Franċiżi weħlu bejn 5 snin u 30 sena ħabs wara li nstabu ħatja li ppruvaw iqabbdu ”bomba” f’karozza ħdejn il-Katedral ta’ Notre Dame, f’Pariġi. Il-każ imur lura għall-2016…

Barranin

Minn tal-inqas 14-il pulizija nqatlu u tlieta oħra ndarbu f’attakk għall-għarrieda fil-punent ta’ Messiku. Il-pulizija kienu qed iġorru ordni tal-Qorti f’El Aguaje, meta l-konvoj safa’ attakkat. Rapporti qed jgħidu li…

Aktar