Infrastruttura
Sena ċans biex kuntratti ta’ kirjiet residenzjali li saru din is-sena jew qabel jiġu reġistrati

Tlitt ijiem mindu l-liġi tal-kera għaddiet b’mod unanimu mill-Parlament, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay, stqarr li diversi sidien ta’ proprjetajiet diġà qed jagħmlu kuntatt mal-Awtorità biex ikunu mgħarrfa dwar l-obbligi u d-drittijiet tagħhom bil-liġi l-ġdida. Is-Sur McKay qal lil TVM li l-kuntratti ta’ kirjiet residenzjali li saru din is-sena jew qabel, se jingħataw sena ċans biex jiġu rreġistrati. Qal li sal-1 ta’ Jannar 2021 kull kirja ta’ proprjetà residenzjali trid tkun irreġistrata mal-Awtorità tad-Djar.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid Mckay, qal li l-liġi l-ġdida tal-kera tincentiva kirjiet residenzjali fit-tul u kull kirja, ma tistax tkun inqas minn sena, u trid tkun irreġistrata f’sistema online.

“Kull kirja trid tiġi reġistrata ħlief dawk il-kirjiet illi bdew qabel Ġunju tal-1995. Flimkien mar-reġistrazzjoni, il-persuna trid tgħid kemm se jkun id-depożitu flimkien ma’ inventarju tal-post.”

F’kummenti lil Television Malta, is-Sur McKay qal li l-liġi ser jitwaqqaf bord ta’ arbitraġġ biex jiddeciedi fuq kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu bejn is-sid u l-inkwilin.

Problemi fuq id-depożiti, problemi fuq il-ħsarat illi jistgħu jseħħu mill-inkwilin, problemi fejn ma titħallasx il-kera.

Is-Sur Mckay qal li l-kuntratti li ġew iffirmati din is-sena jeħtieġ li wkoll jkunu konformi mal-liġi l-ġdida.

Il-kirjiet li bdew matul din is-sena jew qabel, ikunu jistgħu jiġu rreġistrati matul is-sena d-dieħla. Biss irridu nifhmu li fl-1 ta’ Jannar 2021, kull kirja trid tkun reġistrata.

Għalkemm il-linka fuq il-liġi bilkemm għadha nixfet, is-sidien qed jagħmlu kuntatt mal-Awtorità tad-Djar.

Sodisfatt li ħafna sidien diġà qed jagħmlu kuntratt mal-Awtorità tad-Djar sabiex ikunu jafu l-benefiċċji u d-drittijiet tagħhom.

Is-Sur McKay qal li l-Awtorità tad-Djar se tkompli tinvesti fl-infurzar biex tassigura li s-sidien u l-inkwilini jimxu mal-obbligi tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Bdiet tieħu l-forma triq ġdida, li skont il-pjani ta’ Infrastructure Malta, sa erba’ xhur oħra se tkun tista’ tibda tintuża mill-eluf ta’ vetturi li mill-Imrieħel jitilgħu ‘l fuq, lejn ir-Rabat…

Safar

Wara li tard ilbieraħ il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li l-Maltin se jkunu jistgħu jżuru 19-il pajjiż meta l-ajruport jerġa’ jibda jopera titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju, illum il-Prim…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kienet ikkontrollata f’Malta, fejn għalkemm ħafna nies inżammu d-dar iżda tpoġġew fi kwarantina. Semmiet il-fatt li l-RT erġajna niżżilniha, u din…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-pajjiż rebaħ il-gwerra kontra l-Covid-19. F’konferenza tal-aħbarijiet Dr Fearne qal li ma jfissirx li għax pajjiżi oħra għadhom fil-gwerra, Malta…

Aktar