Qorti
Sena ħabs sospiża wara li tajjar u qatel raġel – il-vittma kellu parti mit-tort

Il-Qorti skansat sentenza ta’ ħabs effettiva lill-sewwieq ta’ 26 sena Jonathan Hili, li tajjar raġel ta’ 40 sena f’inċident fatali erba’ snin ilu fi Triq il-Marfa l-Għadira.

L-inċident fatali seħħ meta r-raġel kien qed jaqsam it-triq flimkien ma’ bintu ta’ 10 snin. Il-vittma kien miet fuq il-post.

Hili ngħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal tliet snin, bil-Qorti tissospendilu l-liċenzja tas-sewqan għal sitt xhur wara li l-Qorti qieset li parti mit-tort tal-inċident kien tal-vittma stess.

Hili ġie ordnat ukoll iħallas kważi €3,000 fi spejjeż tal-Qorti.

Ara wkoll:

Ħu l-aħħar vittma tat-traffiku jitlob ġustizzja