Trasport
Sena rekord għat-trasport pubbliku – il-MPT ġarret 53.4 miljun passiġġier

Il-kumpanija li topera s-servizz tat-trasport pubbliku għalqet is-sena li għaddiet b’rekord ta’ ġarr ta’ passiġġieri. Fi tnax-il xahar, il-Malta Public Transport ġarret aktar minn 53 miljun passiġġier bil-karozzi tal-linja tagħha, żieda ta’ ħames miljuni u erba’ mitt elf fuq is-sena ta’ qabel.

B’dawn iċ-ċifri ppubblikati mill-kumpanija, TVM mar il-venda tal-Belt u ħa l-fehma ta’ passiġġieri dwar is-servizz.

Is-sena li għaddiet, il-kumpanija Malta Public Transport li topera s-servizz tat-trasport pubbliku ġarret 53 miljun u 400 mitt elf passiġġier. Fi stqarrija l-kumpanija qalet li b’hekk stabbiliet rekord ta’ passiġġieri li użaw is-servizz tal-karozzi tal-linja f’Malta. Dan l-ammont ifisser żieda ta’ 11.3% fuq l-2017 meta f’dik is-sena, 48 miljun passiġġier użaw it-trasport pubbliku.

Ir-rotot l-aktar imfittxija kienu dawk li jaslu Tas-Sliema, San Ġiljan, Buġibba u ċ-Ċirkewwa. Il-kumpanija qalet li rotot oħra li żiedu fil-popolarità huma dawk li jgħaddu mill-Università u l-Isptar Mater Dei li żiedu l-passiġġieri bi 13%.

L-aktar ġurnata bieżla għat-trasport pubbliku s-sena l-oħra kienet it-8 ta’ Awwissu . . . bil-karozzi tal-linja ġarrew aktar minn 186,000 passiġġier.

Ara x’qalu l-Maltin u anke l-barranin dwar it-trasport pubbliku:

 

Aħbarijiet Oħra
Statistika

Riċerka li saret fost persuni b’diżabilità inkluż tfal bl-awtiżmu u persuni bi sfidi mentali, ħareġ li dawn iħossu li m’għandhomx biżżejjed aċċess għal ċertu servizzi. Ir-riċerka li saret mill-Fondazzjoni Inspire…

Kronaka

Tfajla ta’ 19-il sena mid-Danimarka spiċċat misruqa lbieraħ fil-23:30, fil-Gżira. Is-serqa seħħet fi Triq ir-Rebħa, fil-Gżira meta raġel allegatament heddidha b’oġġett jaqta u bil-ponta waqt li kienet qed tpejjep barra…

Kronaka

Matul il-lejl żewġ karozzi ħadu n-nar f’żewġ lokalitajiet differenti. Għall-ħabta tas-siegħa ta’ dalgħodu, il-pulizija kienet infurmata li fi Triq in-Naħal f’ Ħal Qormi vettura tat-tip Toyota Vitz ħadet in-nar. Dwar…

Aktar