Lokali
Sena u nofs ħabs sospiżi għal ġuvni ta’ 17-il sena li hedded lil Marlene Farrugia fuq Facebook

Student ta’ 17-il sena kien ikkundannat sena u nofs ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta li bagħat theddid fuq Facebook lill-Membru Parlamentari Marlene Farrugia. Fil-messaġġ intqal li Farrugia jista’ jiġrilha bħalma ġara lil Daphne Caruana Galizia.

Il-ġuvni, li ismu ma jistax jixxandar peress li huwa minorenni,  kien akkumpanjat mill-qraba tiegħu. Fl-awla huwa reġa’ skuża ruħu ma’ Dr Farrugia u ddikjara li qed jiddispjaċih u jirtira d-diskors li qal.

Min-naħa tiegħu, l-Avukat ta’ Dr Farrugia qal li matul il-kors tal-ħajja tagħha Dr Farrugia ripetutament irċeviet theddid, iżda filwaqt li qabel kienet tinjorah, minħabba ċirkostanzi attwali ħasset li għandha taġixxi. Qal li riedet twassal messaġġ biex persuni li jagħmlu dawn il-posts iqisu dak li jkunu qed jgħidu.

Minbarra sentenza ta’ ħabs sospiża, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke ordnat lill-ġuvni biex ma jersaqx lejn Marlene Farrugia jew jikkomunika magħha għal tliet snin.

Il-Maġistrat appellat biex qabel niktbu u ngħidu, naħsbu, għax il-messaġġ jista’ jkollu effett fuq min jaqrah ukoll.

L-Avukat Marion Camilleri u l-Avukat Franco Debono dehru għall-akkużat filwaqt li l-Avukat Joe Giglio deher għan-nom ta’ Marlene Farrugia. L-Ispettur Charlotte Curmi mexxiet il-prosekuzzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2018: THE MALTA INDEPENDENT jirrapporta li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna lbieraħ esprima l-fiduċja tiegħu fil-ħaddiema tal-Financial Intelligence Analysis…

Lokali

Il-Parlament ta l-approvazzjoni finali għall-emendi fil-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijun li ghaddew b’34 vot favur u 27 vot kontra. Qabel ittieħed il-vot, il-Whip tal-Gvern informa lill-Kamra li tliet deputati tal-Gvern kienu…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Aktar