Qorti
Sentejn ħabs wara li wettaq tliet serqiet f’xahar

Raġel ta’ 33 sena li ma jaħdimx u m’għandux fejn joqgħod ġie kkundannat sentejn ħabs wara li ammetta li wettaq tliet serqiet f’xahar. Hu seraq żewġ laptops u handbag.

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace qalet li r-raġel li l-fedina penali tiegħu hi voluminuża daqs il-Bibbja u qaltlu li jew jaqbad it-triq it-tajba jew jispiċċa jkisser ħajtu.

Il-Qorti rrakkomandat li d-Direttur tal-Ħabs jassisti lill-akkużat biex isegwi programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga u biex jagħtih l-opportunita’ li jagħmel xogħol produttiv fil-ħabs.

Aħbarijiet Oħra
Trasport

Hekk kif il-preparamenti u l-pjanijiet għall-mina bejn Malta u Għawdex għaddejjin ġmielhom, id-dibattitu dwar it-trasport f’Malta u f’Għawdex ma jonqosx. Waqt il-programm TVAM, id-Direttur ta’ Koncept X, il-Perit Konrad Xuereb…

Unjoni Ewropea

Stħarriġ tal-Ewrobarometru wera li l-Maltin huma l-aktar sodisfatti bil-ħajja u bis-sitwazzjoni ekonomika fil-familja u l-pajjiż b’mod ġenerali. Il-Maltin huma fost l-aktar ottimisti fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea dwar il-ġejjieni u l-aktar li…

Kronaka

Jeanette Burke, mara ta’ 41 sena, ġiet irrapportat nieqsa.  Ir-rapport lill-Pulizija sar fil-15 ta’ Frar li għadda, 5 ijiem ilu.  L-aħħar kuntatt ma’ Burke sar minn qraba tagħha li jgħixu l-Ingilterra nhra…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li se jikkovinċi u juri li parti mill-abbozz ta’ riżoluzzjoni fuq Malta mill-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili tal-Parlament Ewropew huwa żbaljat. Huwa kien qed jitkellem dwar l-abbozz tar-riżoluzzjoni…

Aktar