X

Sentejn ħabs wara li wettaq tliet serqiet f’xahar

Raġel ta’ 33 sena li ma jaħdimx u m’għandux fejn joqgħod ġie kkundannat sentejn ħabs wara li ammetta li wettaq tliet serqiet f’xahar. Hu seraq żewġ laptops u handbag.

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace qalet li r-raġel li l-fedina penali tiegħu hi voluminuża daqs il-Bibbja u qaltlu li jew jaqbad it-triq it-tajba jew jispiċċa jkisser ħajtu.

Il-Qorti rrakkomandat li d-Direttur tal-Ħabs jassisti lill-akkużat biex isegwi programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga u biex jagħtih l-opportunita’ li jagħmel xogħol produttiv fil-ħabs.