Barranin
Sentejn qabel mietet ommha ħallitilha messaġġ fuq iż-żarbun tat-tieġ

Tfajla li marret biex tiġbor iż-żarbun tat-tieġ sabet sorpriża kbira tistennieha.

Meta marret biex tiġbor iż-żarbun, sabet li fil-qiegħ tiegħu kien hemm messaġġ miktub mingħand ommha.

F’Diċembru, 2016, Emma Letts, minn Leicestershire tgħarrset lil Richard Wilson. Ftit tax-xhur wara hija saret taf li ommha mardet bil-kanċer u ma kellhiex ħajja twila. Ommha mietet fl-2017 u għalhekk ma laħqitx tara lil bintha tiżżewweġ. Madankollu, ommha laħqet ftehmet mad-disinjatur taż-żarbun tat-tieġ biex tikteb messaġġ fuq iż-żarbun.

Ħmistax ilu Emma marret biex tiġbor iż-żarbun hekk kif f’Awwissu li ġej se tiżżewweġ. Xħin qed tarah sabet is-sorpriża li ħallitilha ommha. Ommha kitbitilha li riedet li tagħtiha rigal għat-tieġ. Qaltilha li ż-żarbun tat-tieġ huwa r-rigal tagħha. Kitbitilha li tittama li l-ġurnata tat-tieġ tkun ġurnata maġika.

Emma qalet li xħin rat dan il-messaġġ infettxet tibki u lanqas felħet titkellem.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kittieb Sqalli, Andrea Camilleri, miet fl-età ta’ 93 kmieni dalgħodu. Camilleri, li kien magħruf għall-kotba tiegħu tal-Kummissarju Montalbano, miet fl-isptar fejn kien rikoverat wara li kien sofra minn attakk tal-qalb…

Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew għadu kif approva n-nomina tal-Ġermaniża, Ursula von der Leyen bħala President tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin. Kif mistenni qabel il-vot tal-lejla, il-Parlament kien maqsum fuq in-nomina tagħha…

Barranin

L-għaqda bejn l-istati membri u t-tħaddin tal-valuri Ewropej kienu fil-qofol tal-viżjoni li l-Ġermaniża Ursula von der Leyen ppreżentat lill-Parlament Ewropew. F’diskors ta’ madwar nofs siegħa li matulu osservaturi qalu li…

Barranin

Kemm-il darba smajna li ġew arrestati wara li nqabdu li ħbew id-droga xi mkien. Kienu l-ħafna l-moħbiet li smajna bihom iżda din taf tissorprendi lil bosta. Raġel fi Spanja ġie…

Aktar