Qorti
Sentenza sospiża għal 18-il immigrant wara li ammettew li ħadu sehem f’irvell fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far

Tmintax il-immigrant ingħataw sentenza sospiża wara li ammettew li nhar l-Erbgħa ħadu sehem f’irvell u kkawżaw ħsara fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Far.

L-immigranti li huma minn 7 pajjiżi ngħataw sentenza sospiża skont il-valur tal-ħsara li kkaġunaw.

Dawk li kkommettew ħsara li taqbeż l-€2,500 ġew kundannati 22 xahar xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Fi ħsarat ta’ anqas minn €2,500 s-sentenza kienet ta’ sena ħabs sospiża għal erba’ snin, filwaqt li dawk li għandhom anqas minn 18-il sena ġew kundannati sena ħabs sospiża għal tliet snin.