Sentenza sospiża għal raġel li spara u fera lil ħuh waqt argument

Joseph Caruana ta’ 54 sena ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li spara tiri lejn ħuh waqt argument disa’ snin ilu. Huwa ammetta li fera lil ħuh Anthony u li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar, dakinhar tal-isparatura fil-15 ta’ April tal-2006 fiż-Żurrieq.

Caruana kien diġa’ tressaq il-Qorti akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ ħuh, iżda wara li ntlaħaq kompromess mal-Avukat Ġenerali, huwa ammetta l-akkuża li kien fera lil ħuh. Ħuh koll ġie akkużat bl-attentat ta’ qtil tiegħu iżda l-akkuża fil-konfront tiegħu għadha ma nqatgħetx.

Waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda fl-2006 l-Ispettur Joseph Agius li kien mexxa l-Prosekuzzjoni kien qal li ħu l-akkużat kien mar l-għassa biex jirrapporta argument u qal li kien intlaqat minn ballel tas-senter. Meta mistoqsi jekk kienx spara lejn ħuh, l-akkużat ċaħad imma qal li ma kienx ċert jekk laqtux. Aktar tard il-Pulizija kienet infurmata li huwa kien iddaħħal l-isptar b’feriti f’rasu, f’għonqu u f’sidru, kkawżati minn tiri ta’ senter. Il-feriti ma kienux fatali.

Iż-żewġt akkużati ċaħdu li kienu huma l-ewwel li sparaw.

Joseph Carauana kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u mmultat €1,165.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar