Sentenza sospiża għal tnejn li pruvaw jivvjaġġaw b’dokumenti foloz

Somalu ta’ 32 sena u raġel mill-Eritrea ta’ 26 sena weħlu sitt xhur ħabs sospiżi għal sena wara li ammettew li aktar kmieni dan ix-xahar huma ppruvaw jivvjaġġaw b’dokumenti foloz.

Is-Somalu Hussein Salad Hassan u l-Eritrejan Weleed Saleh Hamed ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom mill-Pulizija quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella.