Qorti
Sentenza sospiża u multa ta’ €2,500 wara li ħebbew għall-Pulizija meta nstabu fi grupp ta’ aktar minn 4 persuni

Sitt spanjoli tressqu l-Qorti kmieni waranofsinhar taħt arrest mixlija li ħebbew għall-ħames uffiċjali tal-Pulizija barra ħanut tax-xorb f’San Ġiljan.

Sitt Spanjoli – erba’ rġiel u żewġ nisa li l-età tagħhom tvarja minn 22 sa 36 sena tressqu l-Qorti mixlija li ħebbu, weġgħu ħafif u m’obdewex l-ordni tal-Pulizija li ppruvaw jifirxuhom għaliex kienu qed jixrobu fi grupp ta’ aktar minn erba’ persuni.

Il-każ seħħ il-Ġimgha filgħaxija, meta l-akkużati kienu qed jixorbu quddiem stabbiliment tax-xorb f’San Ġiljan bi ksur tal-Avviżi Legali ppubblikati riċentament.

L-Ispettur Leeroy Engerer spjega li l-Pulizija sfaw msawta waqt li kienu qed jieħdu d-dettalji tal-imputati. Spjega kif waħda mit-tfajliet, saħansitra mbuttat u kissret in-nuċċali ta’ Surġent tal-Pulizija u kkaġunat ħsara fuq tgħammir tal-Pulizija u l-vettura.

Luis Casas Pombo, Jorge Gutierrez u Bianca Ganzenmullerm ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom bil-Maġistrat Marsanne Farrugia tikkundana liż-żewġ irgiel xahrejn ħabs sospiżi għal sentejn u lit-tfajla disa’ xhur ħabs sospiżi għal sentejn. Il-Qorti mmultathom €2,500 kull wieħed u ordnat li jħallsu d-danni li kkaġunaw. It-tliet Spanjoli l-oħra wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

Il-Pulizija tkellmu wkoll mas-sidien tal-istabbiliment fejn ġew infurmati li se tinħareġ taħrika fil-konfront tal-istabbiliment hekk kif ma kellux permess biex jopera.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar