Qorti
Sentenza sospiża u multa ta’ €8,000 wara li ammetta li waddab kelba minn għoli ta’ żewġ sulari

Kevin Camilleri ta’ 50 sena minn Marsaskala ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u mmultat €8,000 wara li ammetta li ħames xhur ilu qatel kelba wara li waddabha minn għoli ta’ żewġ sulari.

Il-Qorti qalet li azzjonijiet simili jneżżgħu lill-bniedem minn kull ombra t’umanità. Qalet li bis-sentenza trid tgħaddi messaġġ ċar li f’soċjetà ċivilizzata għemil simili ma jista qatt jiġi tollerat.