Lokali
Sentenza sospiża wara ġlieda fuq kontijiet

Ġlieda dwar kontijiet li ma tħallsux li waslet biex raġel li kien qed jikri appartament ingħata sentenza sospiża.

Il-ġlieda li seħħet f’Awwissu tal-2011 bejn ir-raġel u iben il-mara li hija sid l-appartament mikri wasslet biex l-iben spiċċa bi ġrieħi gravi f’daqqa ta’ invell f’daru.

Il-Qorti qieset li l-attitudni tal-kerrej, Joseph Borg ta’ 28 sena mis-Siġġiewi, hija inaċċettabli.

Il-Qorti sabet lil akkużat ħati li kkawża ġrieħi ħfief u kkundannatu tliet xhur priġunerija sospiżi għal sentejn.