Qorti
Sentenza sospiża wara li ammetta li rċieva apparat misruq bi tpartit mad-droga

Sentenza sospiża għal Jordan Azzopardi wara li ammetta akkużi li rċieva apparat elettroniku misruq b’valur ta’ €32,000 bi tpartit mad-droga. Iż-żagħżugħ ta’ 30 sena madankollu għadu miżmum il-ħabs fuq proċeduri separati b’rabta ma’ akkużi relatati mat-traffikar tad-droga.

Il-każ imur lura għall-Frar u Marzu li għadda, meta investigazzjoni tal-Pulizija wasslet għall-arrest ta’ student Iranjan, Mohammed Kaveh Tahmasebi Ghareh Shiran, li kien ammetta li xtara apparat elettroniku minn stabbiliment f’Tal-Pietà b’cheque book misruq. L-Iranjan intbagħat 4 snin ħabs, iżda s-sentenza ġiet appellata. Hu kien identifika lil Azzopardi bħala l-persuna li aktarx provdielu d-droga għall-oġġetti li seraq. Waqt it-tfittxijiet li saru fir-residenza ta’ Azzopardi f’San Pawl il-Baħar b’rabta mal-investigazzjoni dwar it-traffikar tad-droga, instabu diversi mill-oġġetti misruqa flimkien ma rċevuti relatati magħhom.

Wara li ammetta l-akkuzi u qieset li l-oġġetti misruqa ġew ritornati lil sidhom, il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo kkundannat lil Azzopardi tlettax-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar