Qorti
Sentenza sospiża wara li ammetta li rreżista bi vjolenza lill-Pulizija

Raġel ta’ 38 sena mill-Munxar ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi u multa ta’ €6,000 wara li ammetta li rreżista bi vjolenza uffiċjali tal-Pulizija. Il-każ seħħ fir-Rabat Għawdex, nhar is-Sibt li għadda.

Quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana, Stephen Edwin Tully minn Brighton wieġeb ħati li attakka żewġ uffiċjali tal-Pulizija u li kien vjolenti meta kien fil-lockup t’Għawdex. Huwa ammetta wkoll li qatta’ uniformi ta’ pulizija, li qabel l-arrest hedded persuna meta kien ix-Xlendi, li kien fis-sakra u li kiser il-paċi pubblika.

Il-Qorti wara li kkonsidrat li l-akkużat ammetta fi stadju bikri tagħtu sentenza sospiża u multa ta’ €6,000 li trid titħallas fi żmien xahar.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar