Lokali
Sentenza sospiża wara li hedded u m’obdiex lill-Pulizija

Ġuvni ta’ 22 sena mis-Somalja, residenti Birżebbuġa, instab ħati li l-Ġimgħa kmieni filgħodu, fi Triq San Ġorġ Paceville, attakka persuni inkarigati minn servizz pubbliku, hedded lil dawn il-persuni u kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied.

Ismail Ahmed Ali nstab ħati wkoll li m’obdiex l-ordnijiet tal-persuni inkarigati mis-servizz pubbliku.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tat sentenza ta’ tmien xhur ħabs sospiżi għal sena u ordnat li Ahmed Ali jħallas multa ta’ €4,000 fi żmien tliet snin.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel li kien imfittex mill-Pulizija ġie arrestat matul il-lejl fil-Gżira. TVM segwa l-mument li r-raġel kien iċċirkondat minn tlett vetturi tar-Rapid Intervention Unit fi Triq ir-Rebħa, ftit qabel il-11.30p.m. Sorsi…

Lokali

Il-grupp mużikali Lucy’s Last ħareġ l-ewwel vidjow mużikali tiegħu għal din is-sena – “Goodbye”. Id-diska mfassla fuq stil ‘indie’, għandha elementi tal-mużika elettronika li jagħtu xeħta lill-ġeneru tas-snin 80. Dan…

Lokali

Il-GRTU qalet li se tagħti l-aħħar ta’ din il-ġimgħa biex jingħalqu d-diskussjonijiet dwar il-kwistjoni li żviluppat fuq il-pompi tal-petrol. Fi stqarrija, il-GRTU qalet li lbieraħ saret laqgħa mal-Ministru għall-Enerġija  Joe Mizzi…

Ikel

X’jagħmel lill-ftira daqstant speċjali u x’qed isir biex tiddaħħal fil-lista tal-UNESCO bħala wirt kulturali Intanġibbli? Ftira friska u tqarmeċ imħawra jagħmlu l-ftira biż-żejt mill-aktar appetituża u mfittxija għal ikla ta’…

Aktar