Qorti
Sentenza sospiża wara li kellu d-droga sintetika fi ġnien pubbliku fil-Marsa

Marhawi Tashu Mariam, li għandu 27 sena, ingħata sentenza sospiża ta’ priġunerija wara li kien fil-pussess u kkonsma ammonti ta’ droga sintetika fi ġnien pubbliku fil-Marsa. Huwa kien akkużat ukoll li kkommetta r-reat f’distanza ta’ mitt metru minn post li jiffrenkwetaw it-tfal u ż-żgħażagħ.

Mariam, li m’għandux residenza fissa, wieġeb li hu ħati għall-akkużi,bl-avukat tiegħu jargumenta li Mariam ma kellux l-intenzjoni li jikkawża ħsara lil ħaddieħor bl-azzjonijiet tiegħu.

Il-pulizija spjegat li din id-droga hija simili għall-ħaxixa iżda għandha konsegwenzi agħar għal min jikkonsmaha.

Il-Maġistrat Ian Farrugia wissieh li se jkollu jiffaċċja l-konsegwenzi ta’ għemilu jekk jikkommetti reat ieħor u tah sentenza ta’ xahrejn ħabs sospiżi għal sena u mmultah ħames mitt ewro.