Qorti
Sentenza sospiża wara li kellu karta tal-identità falza

Sirjan ta’ 26 sena ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li kellu karta tal-identità Taljana Falza.

Farhoud Hassan residenti l-Greċja kien akkużat li kellu fil-pussess tiegħu karta tal-identità Taljana fuq Mohamed Hsin. Huwa kien akkużat ukoll li għamel xi tibdil lill-karta tal-identità jew li kien jaf li l-karta tal-identità li kellu kienet falza bil-ħsieb li jużaha.

L-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u qal lill-Qorti li kellu jħalli Malta għall-Greċja.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale tah sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn bil-kundizzjoni li jmur lura l-Greċja. Huwa ġie mwissi li jekk jibqa’ Malta jerġa’ jidher quddiem il-Qorti.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, Celia Falzon qalet li li ttieħdet id-deċiżjoni li jitwaqqfu temporanjament il-viżti fl-Isptar Mater Dei sabiex il-komunità vulnerabbli tkun protetta. Intervistata waqt l-aħbarijiet tat-8pm fuq TVM,…

Immigrazzjoni

Il-Gvern qal li mhux se jkunu permessi żbarki f’pajjiżna ta’ immigranti rregolari, kemm minn għaqdiet non-governattivi kif ukoll minn kull opra tal-baħar jew bastiment ieħor. Kif lanqas ser jiġu garantiti xi riżorsi għall-fini…

COVID-19

38 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali…

COVID-19

It-tobba tas-saħħa pubblika u professjonisti mediċi oħra għandhom kejl differenti ta’ kif jiddikjaraw l-pazjenti bil-Covid 19 imfejqa. Filwaqt li uffiċjalment, f’Malta issa għandha 16-il pazjent li fiequ, il-Kap tat-Taqsima tal-Mard…

Aktar