Lokali
Sentenza sospiża wara li kisser €3,000 madum għax ma ngħatax l-aħħar pagament

Raġel mill-Ghana ngħata sentenza sospiża ta’ 18-il xahar wara li spiċċa farrak il-madum li waħħal huwa stess għand klijent tiegħu f’Tas-Sliema.

Abraham Kwabena Donyinah ta’ 39 sena u li joqgħod Marsaskala ġie mġiegħel ukoll iħallas fi żmien sitt xhur, ftit iktar minn €3,000 għad-danni li kkawża.

Fil-Qorti ħareġ li l-akkużat kien imqabbad ipoġġi l-madum fi proprjetà f’Tas-Sliema iżda meta min qabbdu ttardja biex mar iħalsu l-aħħar €180, l-akkużat mar fil-post u farrak il-madum li waħħal.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sqalli ta’ 23 sena minn Tas-Sliema, ġie akkużat li kkawża ġrieħi ħfief lil anzjan u li kiser il-paċi pubblika fi Triq il-Kbira, Birkirkara. Francesco Raffreddato, li qal li jaħdem bħala…

Kronaka

Somalu ta’ 23 sena ġie akkużat li ħebb u hedded bil-mewt lil sidt ta’ ħanut tal-massaġġi fil-Marsa, li serqilha l-mobile u ammont żgħir ta’ flus kontanti. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispetturi Spiridione…

Aktar