Qorti
Sentenza sospiża wara li kkawża ħsarat kbar f’lukanda f’San Ġiljan u fir-residenza tal-ambaxxatur tal-Qatar f’Ta’ Xbiex

Ċittadin Amerikan li joqgħod tas-Sliema ġie ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta l-akkużi li għamel b’kemm jiswew €72,000 fi ħsara f’żewġ lukandi f’San Ġiljan u fir-residenza tal-ambaxxatur tal-Qatar f’Ta’ Xbiex.

L-avukat Amerikan Mazen Mohamed Tumi ammetta li għamel dan fit-tliet inċidenti seperati waqt li kien taħt l-effett tad-drogi. Il-Qorti semgħet li l-akkużat għamel tajjeb għal ħsara li kkawża u wiegħed li ser jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga. Il-Maġistrat Monica Vella waqt li kkundannatu sentenza sospiża ħarġet ordni ta’ protezzjoni għad-diplomatiku Qatari.