Qorti
Sentenza sospiża wara li seraq xi għodda

Raġel li għandu l-vizzju tad-droga ammetta li seraq xi għodda minn dar fl-Imtarfa.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-1am. Emand Khalifa Beleed Zweitt, Libjan ta’ 47 sena u jgħix ir-Rabat tressaq quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.

Il-Maġistrat ikkonsidrat li huwa ammeta u li radd lura l-affarijiet li seraq. Għaldaqsant hija tatu sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi u ordnatlu li jagħmel it-trattament biex joħroġ mill-vizzju tad-droga.

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Il-Bank HSBC ħabbar li se jnaqqas 35,000 impjieg fit-tliet snin li ġejjin. Il-bank qal li qed jimmira li globalment inaqqas l-ispejjeż b’aktar minn erba’ biljun ewro sal-2022 filwaqt li jnaqqas…

Politika

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa, Chris Fearne, ta rendikont tal-ħidma prekawzjonali li ttieħdet mill-awtoritajiet tas-saħħa kontra l-Coronavirus, waqt li tenna li s’issa Malta m’għandha l-ebda każ ta’ Covid-19. Il-Ministru…

Aktar