Qorti
Sentenza sospiża wara li serqu kaxxa ġobon

Tliet irġiel ta’ bejn id-19 u t-42 sena ġew akkużati li serqu kaxxi mimlija prodotti tal-ġobon minn kontejner.

Fil-Qorti l-imputati ammettew il-ħtija, bil-Maġistrat Monica Vella tikkundanna lil Daren Charles Aquilina u lil Brian Agius minn Haż-Żebbuġ 12-il xahar ħabs sospiżi għall 18-il xahar. Iż-żewġt irġiel saru riċedivi b’sentenzi oħra tal-Qorti.

Josef Julian Al Madami li għandu 19-il sena ngħata ordni ta’ probation għal tliet snin. il-Maġistrat Vella ordnat li l-akkużati bejniethom iħallsu s-somma ta’ €521 lill-kumpanija li mingħandha serqu l-kaxxa tal-ġobon.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela assigura lir-rappreżentanti tal-gvernijiet barranin f’Malta li l-gvern hu impenjat jindirizza sfidi relatati mas-saltna tad-dritt, is-sistema tal-ġustizzja u l-istituzzjonijiet pubbliċi. Dr Abela qal li l-ewwel deċiżjonijiet li…

Politika

Delegazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ ippreżentat lill-Prim Ministru Robert Abela dokument b’aktar minn 60 proposta għat-tisħiħ tal-governanza u s-saltna tad-dritt. F’laqgħa f’Kastilja l-President tal-Kamra tal-Kummerċ, David Xuereb stqarr li l-kamra hija sodisfatta…

Lokali

Lukanda ta’ ħames stilel f’San Ġiljan bdiet tilqa’ l-ewwel klijenti tagħha din il-ġimgħa. Il-Malta Marriott Hotel and Spa’ fetħet minflok il-lukanda Le Meridien wara xogħol estensiv ta’ mmodernizzar li sar…

Qorti

Ġuvni ta’ 18-il sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ammetta akkużi ta’ serq, li wettaq reat waqt perjodu operattiv ta’ żewġ sentenzi mill-Qorti u li naqas milli…

Aktar