Unjoni Ewropea
Sentenza storika mogħtija mill-Imħallef tal-Qorti tal-UE Ramona Frendo mqabbla mad-deċiżjoni Bosman

Sentenza storika mogħtija llum mill-Imħallef Maltija Ramona Frendo, li kienet waħda minn 5 imħallfin fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li tinsab fil-Lussemburgu.

Bis-sentenza tagħha, il-Union Internazzjonali tal-Iskating tilfet il-kawża tagħha biex iddawwar deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li twaqqaf milli jittieħdu azzjonijiet kontra skaters li b’hekk issa se jkunu jistgħu jieħdu sehem f’avvenimenti u kompetizzjonijiet mhux uffiċċjali li jiġġeneraw il-flus mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb l-awtorizzazzjoni tal-Union. Tliet snin ilu, il-Kummissjoni Ewropea kienet qalet li din l-entità sportiva kienet imponiet sanzjonijiet sproporzjonati fuq l-iskaters u qed tikser ir-regoli Ewropej tal-kompetizzjoni.

Esperti legali li jaħdmu fil-qasam sportiv iqisu din is-sentenza bħal dik li ngħatat fl-1995 li kien tinvolvi lill-player Belġjan Jean-Marc Bosman. Din is-sentenza wittiet it-triq għall-moviment ħieles tal-players tal-futbol fl-Unjoni Ewropea.