Qorti
Sentenza ta’ 22 xahar ħabs sospiżi għal 3 snin għal Paul Sheehan li nstab ħati li spara lejn raġel li laqat il-karozza tal-ex Ministru Manwel Mallia

Sentenza ta’ 22 xahar ħabs sospiżi għal 3 snin għal Paul Sheehan li nstab ħati li spara lejn raġel li laqat il-karozza tal-Ministru Manwel Mallia f’Novembru 2014, meta Sheehan li kien ex kuntistabbli u xufier ma’ Dr Mallia.

Mill-provi rriżulta li Stephen Smith kien xurban, baqa’ dieħel bil-vettura f’dik tal-ministru u baqa’ sejjer. Sheehan li ra lil Smith jaħrab minn fuq il-post ġera’ warajh bil-karozza u spara żewġ tiri fid-direzzjoni tiegħu qabel dan waqaf.

Il-qorti preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, ikkonkludiet li għalkemm Sheehan kellu jhedd li jwiddeb lil Smith biex ma jitlaqx minn fuq il-post ma kellux juża forza esaġerata.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Aktar