Barranin
Sentenza ta’ mewt wara li qatel 19-il persuna b’diżabilità fil-Ġappun

Raġel Ġappuniż ġie kkundannat is-sentenza kapitali wara li nstab ħati li qatel 19-il persuna b’diżabilità b’daqqiet ta’ sikkina.

Satoshi Uematsu qal li persuni b’diżabilità li m’għandhomx abbilità li jikkomunikaw m’għandhomx drittijiet umani.

Il-każ seħħ fl-2016 f’Tokjo meta r-raġel armat bis-skieken daħal minn tieqa u beda joqtol bl-addoċċ lil persuni b’diżabilità. Il-vittmi kellhom bejn 19 u 70 sena.

Dan il-każ qed jiġi kkunsidrat fost l-agħar qtil tal-massa u xxokkja lill-poplu f’pajjiż fejn il-vjolenza kriminali hija rari.