Kultura
Ser idoqqu strumenti u jkantaw minn taħt l-ilma baħar

Il-kosta Maltija ser isservi ta’ palk għal artisti minn kull ġeneru ta’ arti – teatru, żfin, mużika u arti viżwali, minn artisti lokali u barranin fil-Festival Internazzjonali tal-Arti fil-ġimgħat li ġejjin. Il-festival għandu bosta sorprizż u ser isir b’diversi postijiet, għalkemm din is-sena ser ikun iffukat ħafna fuq lokalitajiet viċin il-baħar.

Aquasonic, grupp ta’ mużiċisti u kantanti Danizi ser idoqqu strumenti bħall-orgni, perkussjoni u l-vjolin, u jkantaw minn taħt l-ilma baħar fil-Fossa fil-Belt, f’edizzjoni oħra tal-Festival Internazzjonali tal-Arti.

Id-Direttur Artistiku tal-Festival, Ruben Zahra, qal “din il-produzzjoni ser tasal fi trailer ta’ 40 metru minħabba loġistika li hemm bżonn iżda huwa spettaklu li ser juża materja prima lokali : l-ilma/ il-baħar proprju biex joħloq opra spettaklu interdixxplinari fil-kuntest tal-festival.”

Ruben Zahra qal li l-arti għandha effett qawwi fuq il-ħajja tal-bniedem bit-tema magħżula għal festival ta’ din is-sena hija l-Ilma. Huwa spjega li l-palk ta’ ħafna mill-avvenimenti ser ikun vapur li ser idur diversi lokalitajiet mal-kosta Maltija.

Ruben Zahra qal “ser iservi ta’ palk biex nieħdu l-arti u l-kultura f’seba’ lokalitajiet differenti, Wied il-Għajn, Marsaxlokk, Tas-Sliema, San Ġiljan, l-Isla, il-Belt Valletta u l-Kalkara biex nieħdu l-arti u l-kultura għand udejnzi ġodda u għalhekk id f’id ma’ kunsilli lokali biex inxerrdu l-kultura f’Malta.”

Id-Direttur ta’ Festivals Malta, Annabelle Attard qalet li l-festival jippromovi l-libertà tal-espressjoni artistika b’diversi ġeneri ta’ arti.

Annabelle Attard qalet “apparti li jiċċelebra kull forma ta’ arti, jagħti oppritunità lil artisti Maltin u dawk barranin biex juru t-talent tagħhom fuq l-istess pjattaforma.”

Il-festival, li ser isir bejn it-28 ta’ Ġunju u l-14 ta’ Lulju, bi programm b’attività kuljum u bis-sehem fost oħrajn tal-Orkestra Nazzjonali b’akkumpanjament ta’ perkussjonist miċ-Ċina u progamm ta’ żfin imtella’ minn Żfin Malta. B’kollox ser isiru 19-il attività kulturali.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar