Trasport
Ser ikomplu l-eżamijiet għal-liċenzji tas-sewqan

Minn għada t-Tnejn, l-ewwel ta’ Ġunju, ser jerġgħu jitħallew isiru l-eżamijiet, kemm prattiċi u tat-teorija, għal-liċenzji tas-sewqan. L-eżamijiet kienu twaqqfu lura f’Marzu minħabba l-imxija tal-COVID-19 u issa ser ikomplu b’għadd ta’ prekawzjonijiet ġodda. L-eżamijiet se jkomplu fil-kategoriji kollha, l-A tal-muturi, B, tal-karozzi, C u D għall-vetturi kummerċjali, kif ukoll għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali.

Fost il-proċeduri l-ġodda, ser ikun hemm l-istudent jew studenta biss flimkien mal-eżaminatur fil-vettura. L-għalliema mhux se jirkbu magħhom. It-twieqi jridu jinżammu miftuħa u l-eżaminaturi ser jilbsu visor. L-istudenti wkoll iridu jilbsu jew visor jew maskra. Il-vetturi ser ikunu diżinfettati qabel kull eżami. Fil-każ tal-muturi, mhux se jintużaw r-radjijiet għaldaqstant, għal kuntrarju ta’ kif kien isir qabel, ir-rotta ser tkun stabbilita minn qabel.

Uffiċjali ta’ Transport Malta ser jieħdu t-temperatura tal-kandidati jew tal-għalliema u jirrifjutaw l-eżami lil dawk li juru xi sintomi.

L-għalliema vulnerabbli, minħabba saħħithom jew is-saħħa ta’ familjari jistgħu jitolbu l-posponiment tal-eżamijiet.

Il-proċeduri f’iktar dettal u iżjed informazzjoni tinstab hawn.

Aħbarijiet Oħra

Il-Professur Alexiei Dingli qal li għalkemm it-teknoloġija ilha magħna 70 sena mistennija tkompli tbiddel id-dinja tagħna fl-għaxar snin li ġejjin. Waqt seminar organizzat bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku dwar il-prospetti…

F’messaġġ fil-bidu tal-ġimgħa ddedikata għas-Servizz Pubbliku, il-Prim Ministru Robert Abela qal li s-Servizz Pubbliku kien u jibqa’ s-sinsla tal-Gvern. Dr Abela rringrazzja li dawk kollha li qamu għall-okkażjoni u taw…

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza fil-konfront ta’ Joseph Calleja, li kien jaħdem ma’ Identity Malta. Huwa kien ġie kkundannat erba’ snin ħabs u ordnat jagħti lura €44,400 wara li nstab…

Wara li Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista talab biex tkun posposta l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Kummissjoni Elettorali responsabbli mit-tmexxija tal-elezzjoni qalet li m’hemmx bażi għal din it-talba. Qalet li l-Kummissjoni Elettorali ilha…

Aktar