Barranin
Ser imexxi t-talb tal-Ġimgħa fil-kapitali Tehran għall-ewwel darba fi tmien snin

Il-mexxej Suprem Iranjan Aya-tollah Ali Khameni ser imexxi t-talb tal-Ġimgħa fil-kapitali Tehran għall-ewwel darba fi tmien snin.

Dan qed isir fl-isfond ta’ protesti f’diversi bliet Iranjani wara li ajruplan Ukren tal-passiġġieri twaqqa’ mill-militar Iranjan, il-ġimgħa li għaddiet.

It-tmexxija Iranjana tinsab taħt pressjoni minħabba daqqa ta’ ħarta fuq l-ekonomija Iranjana riżultat ta’ sanzjonijiet tal-Istati Uniti. Il-President Hassan Rouhani appella għall-għaqda nazzjonali. Iżda fl-istess waqt, appella biex il-militar Iranjan jagħti rendikont dwar kif waqqgħet l-ajruplan.