Sport
Ser jippruvaw jiġru n-nofs maratona mgħammra bil-kameras live bil-għan li jagħmluha sal-aħħar fl-iqsar ħin

B’kollox, ta’ kull sena, jidħlulha madwar 5,000 atleta. U, nhar il-Ħadd, xejn anqas, hekk kif daqstant ieħor mistennija jinġabru fl-inħawi tas-Saqqajja r-Rabat, bil-għan li jaħarqu kalorija jew tnejn.

Il-Maratona ta’ Malta ilha tiġi organizzata mill-1986. U, dik ta’ nhar il-Ħadd ser tkun ix-xoqqa f’moxtha biex persuni ta’ kull età, nisa u rġiel, Maltin u barranin, jagħmlu l-maratona fuq żewġ distanzi.

L-itwal waħda, maħsuba għal min jiflaħ l-aktar, hija ta’ madwar 42 kilometru. Min-naħa l-oħra, in-nofs maratona, isimha magħha, u tkopri nofs id-distanza.

Television Malta ħaseb għal min dawn id-distanzi jaqtgħulu qalbu, iżda li xorta waħda jixtieq isegwi l-andament tal-attività. F’dan l-isfond, Television Malta ser ixandar in-nofs maratona permezz ta’ esperiment viżwali ġdid għalkollox.

Fi ftit kliem, il-preżentatur ta’ ‘TVAM’ Quinton Scerri, il-ġurnalist Keith Demicoli, u Clint Bajada, se jieħdu sehem fil-maratona mgħammra b’kamera kull wieħed, bil-għan li l-maratona tixxandar fuq il-paġna ta’ YouTube ta’ Television Malta kif ukoll fuq tvm.com.mt.

Filwaqt li nistidnukom issegwu n-nofs maratona onlajn nhar il-Ħadd filgħodu, nawguraw lil Quinton, ‘il Keith u ‘l Clint, kif ukoll lill-kumplament tal-atleti li ser ikunu preżenti, u li ilhom jitħarrġu lejl u nhar għal dawn l-aħħar xhur.

Aħbarijiet Oħra
Artiklu bi ħlas

F’dawn l-aħħar jiem, fl-isfond tal-Covid-19, il-Malta Enterprise qed toffri għadd ta’ skemi bil-għan li tagħti daqqa t’id lin-negozji u lill-impjegati kawża taż-żmien straordinarju li lkoll ninsabu fih. Fost l-iskemi, il-Covid…

Ikel

Lil hinn minn xtutna, f’dawn il-jiem, il-minġel tal-mewt qed jaħsad il-ħajja ta’ eluf ta’ persuni. Għaldaqstant, bil-għan li titrażżan kemm jista’ jkun l-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet qed jieħdu l-miżuri meħtieġa,…

Kurżitajiet

F’dawn il-jiem, il-midja soċjali saru miżgħuda b’għadd ta’ filmati, tpinġijiet, u ritratti ta’ kull xorta, bil-għan li fost l-oħrajn dak li jkun iqanqal xi ftit tal-ottimiżmu fid-dawl tal-Covid-19, li kull…

Televiżjoni u Radju

Fl-isfond tal-jiem straordinarji li qed ngħixu, kawża tal-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna wkoll, il-poplu Malti u Għawdxi mħeġġeġ jibqa’ d-dar u ma joħroġx għal xejn b’xejn, bil-għan li t-tixrid tal-virus jonqos kemm…

Aktar