Lokali
Ser nieħu l-pożizzjoni ta’ dawk li m’għandhomx tfal – il-PM

Il-Prim Minsitru u mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li huwa ser jieħu l-pożizzjoni ta’ dawk li m’għandhomx tfal. F’kollegament telefoniku fuq One Radio, Dr Muscat kien qed jitkellem dwar l-emendi fil-liġi li tirregola l-IVF li fi kliemu, il-grupp Parlamentari Laburista huwa magħqud warajha wara li għaddiet minn skrutinju iebes.

Il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li s-suġġett tal-IVF huwa emozzjonali, speċjalment għal min jeħtieġ l-għajnuna medika biex ikollu t-tfal u qed isforu fis-silenzju ta’ djarhom.

Fuq One Radio, Dr Muscat qal li hemm nies ġenwini fuq iż-żewġ naħat tal-argument iżda fl-aħħar mill-aħħar ser jieħu l-pożizzjoni tan-nies li ma jistax ikollhom tfal. Huwa qal li l-liġi preżenti mhix b’saħħitha biżżejjed u trid titejjeb, waqt li rrefera għad-diskorsi tal-esperti li fl-aħħar ġimgħat tkellmu dwar il-bżonn ta’ IVF b’rata akbar ta’ suċċess. Dr Muscat fakkar li wadħa minn kull sitt familiji f’Malta għandha problema ta’ fertilità.

Dr Muscat qal li l-Gvern għandu mandat elettorali biex jimmodernizza l-liġi tal-IVF. Huwa qal li ma jaċċettax lil min jgħid li ser jiddaħħal l-iffriżar tal-embrijuni għall-ewwel darba għax din kienet diġà tista’ ssir mill-2012.

Il-mexxej Laburista appella biex l-argumentazzjoni dwar is-suġġett issir b’mod razzjonali. Huwa insista li ser jkun fuq in-naħa ta’ dawk li ma jistax ikollhom tfal.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern jirrispetta l-istituzzjonijiet, inkluż id-deċiżjoni tad-deputat speaker li tagħti ruling fejn laqgħet it-talba tal-Oppożizzjoni biex jiġu diskussi l-Forbidden Stories. Dr Muscat qal li l-Gvern jirrispetta l-istituzzjonijiet anke jekk hemm qbil li r-ruling li tat din il-ġimgħa m’għandhomx preċedenti u wisq inqas spjegazzjoni.

Dwar il-Forbidden Stories ippubblikati minn The Daphne Project, Dr Muscat qal li jħares ‘il quddiem biex ikollna sitwazzjoni fejn kulħadd jirrispetta l-istituzzjonijiet. Qal wieħed għalxejn jaqta’ l-kundanna u wara jitlob investigazzjoni. Żied li jekk intalbet investigazzjoni, wieħed għandu jistenna l-eżitu tagħha u jimxi minn hemm. Dr Muscat qal li l-istess ser jiġri ma’ dawk li jimxu fuq ir-riperkussjonijiet għal min jinqabad jigdeb biex iħammeġ l-isem ta’ Malta.

Dwar il-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista bit-tema ‘Malta ta’ Għada’, il-mexxej Laburista qal li din ser tkun qed tiltaqa’ fl-isfond ta’ aħbarjiet importanti għal pajjiż – li r-rata ta’ impjiegi f’Malta hija ogħla minn dik taż-Żona Ewro u li r-rata ta’ persuni f’riskju ta’ faqar naqas għall-inqas livelli.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar