Lokali
Serata fil-mużew nazzjonali tal-arti ‘Muża’ għall-Grupp Farsons

It-tim maniġerjali u d-diretturi tal-Grupp Farsons, flimkien mal-imseħbin tagħhom, dan l-aħħar kienu mistednin mis-Sur Louis A. Farrugia, Chairman tal-Grupp Farsons, u l-mara tiegħu s-Sra Monica Farrugia, għal serata fil-Muża, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti l-ġdid, il-Belt.

Il-mistednin kellhom l-opportunità unika li jingħaqdu ma’ gwida għal dawra mal-mużew, imbagħad kien hemm riċeviment fl-atriju tal-istess binja.  “Kuntenti ħafna li offrejna din l-opportunità unika lid-diretturi u lit-tim maniġerjali tagħna. Għal uħud minnhom din kienet l-ewwel darba li żaru l-Muża, u lkoll kellhom kliem ta’ tifħir għal din l-esperjenza sabiħa,” qalet is-Sra Antoinette Caruana, Group Human Resources Manager u Company Secretary.

Il-Muża jirrappreżenta żvilupp sinifikanti fl-istorja tal-mużewijiet f’Malta għax jippreżenta tipoloġija ġdida li hija fl-istess stil tal-iżviluppi li kien hemm f’dan il-qasam madwar id-dinja. L-għan tal-mużew huwa li jkattar u jmexxi ’l quddiem is-sehem tal-komunità b’narrattiva bbażata fuq storja permezz tal-oġġetti esebiti, u li jagħmel firxa usa’ ta’ għodod aċċessibbli biex il-viżitaturi jesperjenzaw il-wirt nazzjonali u l-kultura tagħna.

 

Artiklu bi ħlas minn:

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

Għadd ta’ passiġġiera, fosthom iktar minn 60 tifel li huma players tal-football, baqgħu l-art hekk kif it-titjira tagħhom lejn id-Danimarka tħassret. L-istorja jidher li reġgħet irrepetiet ruħha hekk kif għat-tieni…

Annimali

Għawwiema li dalgħodu kienu f’Wied iż-Żurrieq baqgħu mbellħa meta raw sajjieda jniżżlu l-art ħuta kbira. Id-dgħajsa tas-sajd daħlet mal-moll, u erba’ rġiel niżlu minnha jġorru ħuta kbira, li dehret li…

Qorti

Charlotte Zammit, omm Liam Debono, intbagħtet sentejn ħabs wara li nstabet ħatja li serqet diversi pompi tal-petrol. Fil-Qorti llum kompla jinstema’ l-każ tas-sinjura Debono fejn instabet ħatja li serqet flus…

Aktar