Eurovision
Serata speċjali għall-Eurovision, Destiny magħżula t-tieni l-aqwa fl-Iżvezja

Dik li kellha tkun serata li tpaxxi ‘l-pubbliku b’kull xorta ta’ kanzunetti u b’korjografiji l-ġmiel tagħhom sfumat fix-xejn. Il-finali tal-Eurovision illejla mhux se ssir. Minkejja dan, is-segwaċi tal-festival din is-sena mhux se jibqgħu bin-nieqes hekk kif il-European Broadcasting Union illejla se xxandar b’mod dirett u b’koordinazzjoni liema bħalha serata speċjali mlaqqma ‘Europe Shine A Light’.

Fi ftit kliem, il-pubbliku mistenni jassisti għal festa ta’ mużika li ma tafx b’kompetizzjoni. Fost l-oħrajn, illejla jingħaqdu b’kollegament il-41 kontestant li din is-sena ttantaw xortihom u x-xorti ħabbithom hekk kif aktar kmieni din is-sena ntgħażlu biex f’dawn il-jiem jirrappreżentaw lil pajjiżhom lil hinn minn xtuthom. Għas-serata, kull artist dan l-aħħar kanta silta minn post ikoniku ta’ pajjiżu. Destiny, f’isimna, tpaxxi l-udjenza b’leħinha mill-kumpless Esplora.

‘Europe Shine A Light’ jixxandar illejla fid-9pm fuq TVM.

Intant, fl-aħħar sigħat, is-simpatija u t-talent liema bħalu ta’ Destiny komplew jisirqu l-qlub tal-pubbliku hekk kif il-kantanta żagħżugħa ġiet it-tieni f’verżjoni tal-festival l-Iżvezja. F’liema show ivvutaw ftit aktar minn 1,400,000 ruħ.

Aħbarijiet Oħra
Agrikultura

Fis-suq sar hawn għażla liema bħalha. Spiss, tista’ saħansitra tinqeda mill-kumdità ta’ darek u tiffranka lira. Anki jekk, ħafna drabi ta’ li tħallas tieħu. Liema prinċipju jgħodd ukoll għall-agrikoltura. Settur,…

Kurżitajiet

Spiss, dak li jkun ikollu ruxmata ħsibijiet fuq moħħu. Il-ħajja donnha saret mgħaġġla wisq. Kultant, taljena rasek daqs tazz’ilma. Fost l-oħrajn, mhux l-ewwel darba li dak li jkun ikollu seba’…

Lokali

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, f’Malta ngħataw 1,200 isem differenti lil aktar minn 2,200 tarbija li twieldu f’dan il-perjodu. L-aktar popolari: Noah u Emma. Ir-Reġistru Pubbliku hu marbut ma’…

Barranin

Xandira diretta tar-tbassir tat-temp tal-BBC kienet iktar umoristika minn kemm il-produttur kien qed jimmira għaliha. Tifel ta’ madwar 10 snin intefa’ fl-isfond waqt li x-xandara Jen Bartram kienet qed tagħmel…

Aktar