Barranin
Serduq jirbaħ kawża fil-Qorti fi Franza

Sentenza li ngħatat fil-Qorti Franċiża taf tnissel tbissima fuq fomm dak li jkun. Dan wara li serduq f’Ile d’Oleron rebaħ kawża wara li raġel prova jsikktu milli jidden kull filgħodu.

Il-Qorti ddeċidiet, li Maurice, serduq ta’ 4 snin, ma jistax jiġi msikket. Dan wara li Jean-Louis Biron xtara dar għall-villeġġjatura fil-kampanja. Meta mar joqgħod hemm sab lil Maurice li kull filgħodu, fl-4.30am jidden u jibqa’ sejjer hekk sal-12pm. Jidher li s-serduq dejqu u talab lis-sidien tiegħu biex isikktuh.

Is-sidien ta’ Maurice ma ridux inneħħuh u dan wassal biex spiċċaw il-Qorti, battalja li damet għaddejja sentejn. Din il-kawża ħadet simbolu nazzjonali fejn tqieset bħala kawża bejn il-ħajja rurali kontra l-ħajja moderna. Tant hu hekk li dan il-każ ġie rrapportat minn diversi ġurnali u saru diversi flokkijiet b’appoġġ għas-serduq.

Sid is-serduq saħqet li l-kampanja għandha tibqa’ kif inhi u ħadd m’għandu dritt jsikket il-ħsejjes tal-kampanja.  Saħqet li bir-rebħa ta’ Maurice rebħet Franza kollha. Dan hekk kif dan l-aħħar fi Franza kien hemm diversi każijiet ta’ nies li minn belt marru jgħixu fil-kampanja u bdew igorru fuq il-ħsejjes li jisimgħu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kandidat Demokratiku għall-elezzjonijiet presidenzjali Bernie Sanders wissa lir-Russja biex ma tindaħalx fl-elezzjonjiet hekk kif uffiċjali tas-sigurtà Amerikani kienu rrappurtati li qalu li Moska qed tipprova tassistih fil-kampanja. Sanders li għandu…

Barranin

Fl-Italja, tmut it-tieni persuna fi spazju ta’ ftit sigħat riżultat tal-coronavirus, hekk kif il-każijiet li rriżultaw pożittiv għal virus telgħu għal 53. L-aħbar tal-mewt ta’ mara li skond l-aġenzija tal-aħbarijiet…

Barranin

Raġel u mara miżżewġin kienu qed jieklu għall-affari tagħhom f’ristorant f’Louisville Kentucky fl-Istati Uniti, meta fir-ristorant li kien battal ħlief għalihom, daħal ħalliel b’wiċċu mgħammad u armat. Dan mar fuq…

Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Aktar