Serq mill-Kappella tas-Sagrament u sgass fid-Dar tal-Kappillan tas-Swatar

Persuni mhux magħrufa sgassaw l-Uffiċċju Parrokkjali u d-Dar tal-Kappillan tas-Swatar filwaqt li serqu flus mill-Kappella tas-Sagrament li tinsab f’nofs iż-żewġ proprjetajiet. Il-ħallelin serqu wkoll apparat elettroniku mid-Dar tal-Kappillan. Is-serqa aktarx li seħħet matul il-ġurnata tal-Ġimgħa.
Kelliem għall-Parroċċa tas-Swatar li tkellem ma’ tvm.com.mt qal li aktarx li l-ħalliel kiseb aċċess għall-kumpless billi qabeż iċ-ċint tal-ġnien li hemm biswit. Ladarba daħal ġewwa seta’ jidħol fl-Uffiċċju Parrokkjali kif ukoll fid-Dar tal-Kappillan mingħajr problemi għaliex dawn jinfdu. Dawn iż-żewġ proprjetajiet bħalissa mhux qed jintużaw għax fihom għaddej xogħol ta’ ristrutturar. Min-nhar il-Ġimgħa sal-lum ma kienx hemm ħaddiema qed jaħdmu f’dawn il-postijiet u kien għalhekk li kien biss tard is-Sibt filgħaxija li s-saċerdoti indunaw bl-isgass u bis-serqa.
Il-flus insterqu mill-kaxxa tad-donazzjonijiet tal-Kappella
tas-Sagrament li tista’ tiġi żvujtata anki mid-Dar tal-Kappillan.
L-apparat elettroniku li nsteraq jintuża miż-żgħażagħ taż-ŻAK Swatar li kull ġimgħa jiltaqgħu f’dawn il-proprjetajiet.
Il-Kappillan tas-Swatar Dun Karm Busuttil stqarr ma’ dan is-sit li b’xorti tajba min wettaq is-serqa ma missx is-Sagrament.  Fr. Robert Grech sostna li minħabba dan il-każ il-Parroċċa tas-Swatar qed tikkunsidra li tinstalla apparat tas-sigurtà.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Persuna ttieħdet l-isptar għall-kura wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Qala, f’Għajnsielem, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ dalgħodu meta għal xi raġuni l-persuna tilfet il-kontroll…

Tfal

Aktar minn 60 tifel u tifla li jattendu l-iscouts ta’ Tas-Sliema ngħataw opportunità oħra biex jiffurmaw il-karattru tagħhom filwaqt li jitgħallmu għadd ta’ ħiliet neċessarji għall-ħajja. It-tfal bħalissa qed iqattgħu…

MEUSAC

Fl-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika fl-Unjoni Ewropea, 82% tal-Maltin intervistati qalu li jħossu li huma ċittadini tal-Unjoni. U 76% minnhom qalu li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom fl-Unjoni Ewropea….

Aktar