Kronaka
Heddidha b’sikkina biex jisirqilha l-flus mill-banka tal-lottu

Illum għall-ħabta tas-14:30, seħħet serqa minn banka tal-lottu fi Triq San Edwardu, Ħal Qormi.

Jidher li impjegata tal-banka tal- lottu, waqt li kienet qiegħda ġewwa, daħal raġel jitlobha l-flus. Il-vittma, mara ta’ 31 sena minn Ħal Kirkop, allegatament ġiet aggredita minn din persuna li kien fil-pusses ta’ arma bil-ponta u taqta’ u allegatament seraq ammont ta’ flus kontanti u ħarab minn fuq il-post.

Il-vittma fortunatament ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha, filwaqt li l-Pulizija tad-Distrett u tar-Reati Maġġuri għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Aħbarijiet Oħra

Illum waranofsinhar u għada filgħodu, Infrastructure Malta se tiftaħ il-korsiji ġodda tal-proġett Central Link fl-Imrieħel, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Hekk kif se jinfetħu dawn il-korsiji ġodda fid-direzzjoni mill-Imrieħel lejn Ħ’Attard,…

Malta reġgħet ikklassifikat fl-ewwel post minn fost 36 pajjiż għas-servizzi pubbliċi online li tipprovdi. Is-Servizz Pubbliku Malti kklassifika fl-ewwel post minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Iżlanda, Norveġja,…

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 42 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 2,303 swab tests. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li 18-il persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, u b’hekk l-ammont…

Raġel ta’ 64 sena residenti l-Kalkara weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-8am fi Triq ix-Xatt, il-Kalkara, bejn vettura tal-għamla Hyundai, misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti l-Kalkara u…

Aktar