Kronaka
Serqa f’ħanut f’Tas-Sliema – il-ħalliel allegatament kien armat b’sikkina

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġew infurmati li seħħet serqa minn ħanut fi Triq Rodolfu, Sliema.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel li allegatament kien armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab lill-impjegata, tfajla ta’ 23 sena, sabiex tagħtih il-flus.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema.