Lokali
Serqa Tignè – Il-Pulizija bi prekawzjonijiet biex is-suspettati ma jaħarbux minn Malta

Għadha attiva ħafna l-investigazzjoni tal-pulizija dwar il-hold up vjolenti f’ħanut tal-ġojjelli f’Tignè Point, f’Tas-Sliema.

Il-Pulizija hija konvinta li t-tliet ħallelin huma barranin minn pajjiż tal-Ewropa ċentrali. Għaldaqstant il-Pulizija qed tieħu diversi prekawzjonijiet biex il-persuni suspettati ma jitilqux minn Malta.

Fis-serqa tal-Ħamis filgħodu nsterqu eluf kbar ta’ ewro mill-vetrini tal-ħanut u ndarbu żewġ persuni.

 

Ara wkoll:

 

ARA: Żewġ persuni feruti waqt hold-up minn ħanut f’Tas-Sliema