Serquh €800 wara li kien mingħalih li mhu se jħallas xejn għas-sess fil-Gżira

Burgh Spiteri ta’ 27 sena u Sera Caruana Smith ta’ 34 sena, it-tnejn minn Ta’ Xbiex u bla impjieg ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li dalgħodu ġew akkużati li serqu €800 lil raġel Pakistani li mar ifittex is-sess f’Ta’ Xbiex.

Il-każ seħħ kmieni s-Sibt waranofsinhar meta l-Pakistani tħajjar jidħol f’appartament fil-Gżira biex ikollu x’jaqsam sesswalment ma’ Spiteri li allegatament kienet f’gallarija ta’ appartament fi Triq Testaferrata. Il-Pakistani qal fil-qorti li mar f’din it-triq wara li sema’ li kienu qed joffru sess bla ħlas.

Minkejja li ma jifhimx la bl-Ingliż u lanqas bil-Malti, ir-raġel qabel li jħallasha €10 fil-pront għas-servizzi tagħha. Huwa qal li hekk kif kien qed jilbes il-qalziet, il-mara allegatament sejħet lil Spiteri biex jidħol fil-kamra, li min-naħa tiegħu qabdu minn spalltu u beżżgħu b’arma li taqta’ u bil-pont billi poġġhielu ma’ għonqu.

Kien hawn li s-Sinjura Caruana Smith allegatament ħadet il-kartiera tal-vittma mill-but tal-qalziet tiegħu u ħadietlu €800 fi flus kontanti. Iż-żewġ akkużati ħarbu minn fuq il-post b’karozza żgħira, allegatament misjuqa minn persuna oħra u bil-vittma joħroġ jiġri għal warajhom jitlob għall-għajnuna.

Iż-żewġ akkużati ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar li se jkun qed iqaddes quddiesa għal ruħ Daphne Caruana Galizia nhar it-Tnejn li ġej. Il-quddiesa se ssir fit-3.00 ta’ waranofsinhar fil-knisja tal-Bidnija, preċiżament ġimgħa wara…

Lokali

Il-valur ambjentali tal-alka li fil-maltemp timla bosta bajjiet qed jiġi enfasizzat b’regolamenti ġodda tal-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi li ħarġet linji gwida dwar kif u meta għandhom isiru ħidmiet ta’ tindif…

Barranin

Il-Pulizija Brażiljana arrestat madwar 108 persuna li huma suspettati b’involviment fil-pedofelija. F’operazzjoni madwar il-pajjiż, il-pulizija Brażiljana rnexxielha tkisser ċirku ta’ pedofelija li kien mifrux f’diversi stati. F’din l-operazzjoni kienu involuti…

Barranin

Il-kabinett Spanjol mistenni japprova miżuri li jippermettu lill-Gvern sabiex imexxi hu r-reġjun ta’ Katalunja. Il-Prim Ministru Mariano Rajoy se jlaqqa’ l-kabinett tliet ġimgħat wara li fir-reġjun sar referendum għall-indipendenza. Il-Gvern…

Aktar