Lokali
Serquh €800 wara li kien mingħalih li mhu se jħallas xejn għas-sess f’Ta’ Xbiex

Burgh Spiteri ta’ 27 sena u Sera Caruana Smith ta’ 34 sena, it-tnejn minn Ta’ Xbiex u bla impjieg ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li dalgħodu ġew akkużati li serqu €800 lil raġel Pakistani li mar ifittex is-sess f’Ta’ Xbiex.

Il-każ seħħ kmieni s-Sibt waranofsinhar meta l-Pakistani tħajjar jidħol f’appartament fil-Gżira biex ikollu x’jaqsam sesswalment ma’ Caruana Smith li allegatament kienet f’gallarija ta’ appartament fi Triq Testaferrata. Il-Pakistani qal fil-qorti li mar f’din it-triq wara li sema’ li kienu qed joffru sess bla ħlas.

Minkejja li ma jifhimx la bl-Ingliż u lanqas bil-Malti, ir-raġel qabel li jħallasha €10 fil-pront għas-servizzi tagħha. Huwa qal li hekk kif kien qed jilbes il-qalziet wara li kellhom x’jaqsmu flimkien, il-mara allegatament sejħet lil Spiteri biex jidħol fil-kamra, li min-naħa tiegħu qabdu minn spalltu u beżżgħu b’arma li taqta’ u bil-ponta billi poġġhielu ma’ għonqu.

Kien hawn li s-Sinjura Caruana Smith allegatament ħadet il-kartiera tal-vittma mill-but tal-qalziet tiegħu u ħadietlu €800 fi flus kontanti. Iż-żewġ akkużati ħarbu minn fuq il-post b’karozza żgħira, allegatament misjuqa minn persuna oħra u bil-vittma joħroġ jiġri għal warajhom jitlob għall-għajnuna.

Iż-żewġ akkużati ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Persuni li l-ġimgħa li għaddiet żaru ċ-ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid stqarrew ma’ tvm.com.mt li baqgħu ddiżgustati bl-iskart goff mormi barra dan iċ-ċimiterju. L-iskart intlemaħ barra l-ħitan taċ-ċimiterju, mid-daħla ta’ Triq…

Lokali

Fl-intervent tiegħu llum fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkritika s-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija li qal ġie żarmat mir-riżorsi bit-tluq ta’ diversi uffiċjali għolja u fl-istess waqt qal li daħlu 27 pulizija…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-pjan tal-Gvern għall-Airmalta meta kien qed jindirizza l-Parlament.  Huwa appella għal ftehim mal-unions għax wissa li l-pjani tal-Gvern għat-tkabbir tal-Air Malta ma jkunx sostennibli…

Lokali

Fil-jiem li għaddew bosta kkummentaw fuq il-media soċjali dwar l-inkonvenjent li ħoloq vann meta kien qed jimblokka l-bankina fi Triq it-Torri tas-Sliema. Jirriżulta li l-vann tħalla pparkjat mill-iktar żoni ffrekwentati…

Aktar