Saħħa
Servizz ġdid għall-anzjani f’darhom

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis ħabbar proġett pilota biex anzjani Mostin u Kalkarizi li ma jistgħux joħorġu mid-dar, jibda jitteħdilhom id-demm mid-dar tagħhom flok imorru fiċ-ċentri tas-saħħa. Is-sur Aguis Decelis qal li dan is-servizz eventwalment ser jinfirex fuq skala nazzjonali.

Ikomplu jiżdiedu s-servizzi għall-anzjani fid-djarhom stess hekk kif sal-lum mal-għaxart elef anzjan jingħataw servizzi mill-gvern fid-dar tagħhom bil-għan li jibqgħu jgħixu fil-komunità.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis nieda proġett pilota għal sitt xhur fil-Mosta u Birkirkara biex l-anzjani li jkollhom bżonn jittiħdilhom id-demm dan ikun jista’ jsir f’darhom flok fiċ-ċentri tas-saħħa. Is-sur Aguis Decelis qal li din l-inizjattiva qed isir għall-anzjani li għandhom problema fil-mobilità u jistgħu jitolbu s-servizz billi jagħmlu kuntatt mas-servizz Comm Care tal-Gvern.

Is-Sur Aguis Decelis qal li l-anzjani fil-komunità jgħoddu mal-116,000 u qed issir enfasi biex kemm jista’ jkun l-anzjani jingħatw il-kura fid-dar jekk ma jkunux jistgħu joħorġu.

Anthony Agius Decelis qal “ħa nibdew nistudjaw il-bżonn li jkollna tim ta’ nies li jmorru għall-anzjani li joħdulhom id-demm u jkunu jistgħu jiċċekkjaw id-dożi li għandhom bżonn u l-kwalità titjieb”.

Dr Renzo Degabriele, il-Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Anzjanità attiva qal li se jkunu ingaġġati professjonisti għal dan is-servizz li permezz tiegħu anki se tiġi studjata l-qagħda tal-anzjani. Huwa qal li das-servizz jingħata wara riferta li ssir mit-tabib tal-familja. Dr Degabriele qal li dan is-servizz se jiżdied ma’ dak tal-Comm Care, li fil-preżent qed jipprovdi mal-għoxrin servizz differenti lil anzjani.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Mara Franċiża ta’ 63 sena li tgħix Ta’ Xbiex weġġgħet gravi wara li ġiet milquta minn vettura fil-Gżira lbieraħ. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq ix-Xatt għall-ħabta tas-12.45 ta’ wara…

Kronaka

Xufier ta’ trakk għal xi ħin spiċċa maqbud ġol-vettura wara li nqaleb biha dalgħodu. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00am fil-Magħtab, meta x-xufier kien qed isuq trakk tal-għamla Suzuki Iveco. TVM infurmat…

Kronaka

Raġel ta’ 44 sena minn Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li ġie milqut minn vettura lbieraħ. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħaxija fi Triq il-Korp tal-Pijunieri. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post…

Aktar