Qasam soċjali
Servizz ta’ psikjoterapija għal anzjani li jinsabu fil-kura tad-djar residenzjali

L-anzjani li jinsabu fil-kura tad-djar residenzjali se jibdew jingħataw servizz ta’ psikjoterapija li jista’ jilħaq mat-tliet elef anzjan u anzjana.

Is-Sejretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis, qal li s-servizz se jkun qed jingħata mill-psikoterapista Theresa Micallef. Spjega li dan is-servizz se jingħata wara li ġie nnutat li wħud mill-anzjani jgħaddu minn diversi sfidi, speċjalment wara li jmut xi ħadd u biex jidraw il-ħajja ġdida meta jmorru jgħixu f’dar residenzjali, jew meta jkollhom xi kundizzjoni fiżika, jew isofru minn solitudni.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, Dr Renzo de Gabriele qal li s-servizz ta’ psikoterapija se jimla’ vojt fis-servizzi li l-anzjani jeħtieġu għas-saħħa mentali tagħhom meta jiltaqgħu ma’ diffikultajiet minħabba ċirkustanzi ġodda f’ħajjithom.

Il-psikoterapista Theresa Micallef qalet li s-servizzi li se tagħti lill-anzjani se jindirizzaw diversi sfidi, fosthom il-kura emozzjonali, kriżijiet personali u kura personali.

“Nara ftit x’qed idejjaqhom, għalfejn qed iħossuhom hekk. Nippruvaw naraw ftit kif nistgħu ngħinuhom itejjbu l-ħajja tagħhom billi nitkellmu. Jiġifieri noħorġu l-emozzjonijiet tagħhom, noħorġu d-dispjaċiri tagħhom.”

Therese Micallef qalet li temmen li s-servizz offrut lill-anzjani se jgħin għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar